News

Youth 4 Climate Change

L-Uffiċċju tal-EUROPE DIRECT f’Għawdex qed jorganizza diskussjoni fost iż-żgħażagħ dwar it-tibdil fil-klima u l-impatt tagħha fil-komunitajiet tagħna. Għal din id-diskussjoni se jkunu qed jipparteċipaw kemm żgħażagħ li anke permezz tax-xogħol tagħhom qed ikunu mpenjati fuq dan il-front, kif ukoll studenti u żgħażagħ oħra li se jkollhom l-opportunita li juru l-fehmiet tagħhom ta’ kif iż-żgħażagħ jistgħu jikkontribwixxu b’impenn f’dan il-qasam.

Id-diskussjoni se tkun qed tiġi mmoderata mis-Sinjura Ramona Mercieca, għalliema u rappreżentanta ta’ Globe Malta. Is-Sinjura Merċieca hi attiva ferm fil-qasam ambjentali speċjalment fix-xogħol tagħha fl-iskejjel.

Dan l-avveniment qed isir f’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ u l-Awtorita’ għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex.

Agenda annessa.